Il-Franċiż ta' 32 sena Rudu Bauduin li nstab ħati illi għajjar lill-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca 'bitch' weħel sentenza ta' tiet xhur ħabs. Dan hekk kif skont il-liġi Maltija huwa illegali li tivvilifika lill-President tar-Repubblika.
Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Josette Demicoli semgħet kif Bauduin, li joqgħod il-Gżira, mar fl-Għassa tal-Pulizija ta' Tas Sliema u f'punt minnhom beda jippunta subgħajh lejn l-inkwatru bil-President Coleiro Preca fuqu. F'dan il-punt beda jgħid "that woman is a bitch, the President is a bitch". Minkejja li l-Pulizija widdbuh li dak li kien qed jagħmel huwa illegali u jista jwassal għall-arrest tiegħu Bauduin baqa' joffendi lill-Presdient.
Il-Qorti semgħet ukoll kif meta daħal l-għassa Bauduin beda jgħajjat "razzist" u "razziżmu"