L-Asoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) fir-reazzjoni tagħhom għall-qasma fil-MEPA qalu illi biex il-Bord tal-MEPA ikun verament rapreżentattuv jeħtieġ illi l-Asspċjazzjoni jkollha l-membru tagħha fuq l-istess bord.
Apparti dan l-MDA qalet ukoll illi ma taqbilx mat-tneħħija tal-obbligu minn fuq applikant li jkun qieghed japplika fuq properjeta ta’ terzi li jiddikjara illi huwa ghandu il-kunsens tas-sid biex jaghmel dik lapplikazzjoni. B'din il-bidla applikant m'għandux għalfejn jinforma lil sid ta' art jekk parti mill-iżvilupp li jkun se jagħmel ikun fuq l-art tal-istess sid.