Katie Hopkins trid vannijiet tal-ewtanażja "biex inraqqdu l-anzjani"

Proposta li se terġa titfagħha f'nofs kontroversja wara li fetħet attakk verbali fuq l-immigranti 

Katie Hopkins
Katie Hopkins

L-opinjonista tal-ġurnal The Sun Katie Hopkins  reġgħet qiegħda f'nofs kontroversja hekk kif ipproponiet li minħabba li, fi kliemha hawn wisq anzjani, għandhom jibdew joperaw vannijiet tal-ewtanażja madwar id-dinja. Mal-magażin Radio Times hija tgħid illi hi xi ħaġa redikola illi f'dinja fejn inraqqdu l-annimali ma nistgġux inraqqdu lin-nies. Mistoqsija mill-istess magażin x'inhu eżattament dak li qed tipproponi Hopkins qalet illi s-soluzzjoni hija vannijiet tal-ewtanasja "bħal dawk tal-ġelat".

Din l-istqarrija inkredibbli tiġi ftit wara li l-istess Hopkins ipproponiet illi l-immigranti għandna nisparawlhom mhux insalvawhom u xahar qabel ma jibda programm ta' diskussjoni mmexxi minnha stess u li jismu "Kieku katie kellha tmexxi d-dinja"

Minn hawn nixtiequ nesprimu t-tama li la hi u lanqas nies bħala ma jkollhom il-jedd jew iċ-ċans li jmexxu l-ebda parti tad-dinja (aħseb u ara d-dinja kollha), la llum u lanqas qatt fil-futur. 

More in Politika