Hekk kif ilmenti baqgħu deħlin ta' sitwazzjoni gravi ta' traffiku fit-toroq kollha li jagħtu għar-rawndebawt tal-Erba' Mwieżeb f'San Pawl il-Baħar, uħud minnhom jaslu għand dan is-sit, il-Pulizija fi stqarrija inkoraġġiet lis-sewwieqa biex jekk jista jkun jevitaw it-toroq bejn ix-Xemxija u t-Telgħa t'Alla w'Ommu minħabba xogħolijiet li għaddejin fi triq il-kosta.
Iktar kmieni dan is-sit irraporta dwar sitwazzjoni pjuttost gravi ta' traffiku, fejn persuni damu anke 45 minuta biex mill-Qawra jaslu għall-parti li minnha toħroġ minn San Pawl il-Baħar, vjaġġ li normalment idum 5 minuti bis.
Il-Pulizija talbu għall-kalma u kooperazzjoni, filwaqt li wegħdu li qed jagġmlu li jistgħu biex is-sitwazzjoni tkun immaniġġjata bl-aħjar mod.