Ir-parkeġġ riżervat jqajjem dubji u inkwiet fost il-ġirien

Il-parkeġġi riżervati u għal persuni b'diżabilita' żdiedu bil-kbir f'dawn l-aħħar snin f'Buġibba. Il-mistoqsija hi: Dawn kollha ġenwini? 

Problema li tidher li qiegħda tikber f'bosta lokalitajiet f'Malta imma speċjalment f'Buġibba, il-Qawra, San Pawl u l-inħawi hija dik ta' parkeġġ riżervat u parkeġġi riżervati għal persuni b'diżabilita'. Jidher li dan saħansitra qed iqajjem diżgwid bejn il-ġirien hekk kif f'ċerti żoni il-parkeġġi riżervati  għal persuni b'diżabilita' donnohom splodew.

Qarrejja tal-illum.com.mt spjegat kif ftit jiem ilu qam argument fit-triq dwar parkeġġ partikolari li minnu irriżulta kif dan il-parkeġġ kien riżervat "għal li jista jkun jinqala' xi ħaġa". Il-qarrejja qaltilna li dan sempliċiment ma jagħmilx sens. "Sewwa mela issa jien mmur għand il-Kunsill u ngħidilhom jagħmluli parkeġġ riżervat, għal li jista jinqala', ma tafx hux forsi jkolli xirja kbira u nkun neħtieġ nipparkja quddiem il-bieb biex ma nistrapazzax.

Minkejja li dan is-sit m'għandux dubju li ħafna mill-każi ta' parkeġġ riżervat huma ġenwini, kemm minn dak li rajna kif ukoll mill-ilmenti li jaslulna, jidher li f'dawn l-aħħar snin tħalla jikber abbuż u sitwazzjoni 'free-for-all' fejn donnu l-parkeġġ spiċċa karrotta għall-voti. 

More in Politika