Mhux għax għandna għalfejn niġbdu l-attenzjoni. Imma ritratti bħal dan, li bagħtulna qarrej tal-illum.com.mt juru kemm verament għadna insensittivi għat-tbatijiet tal-annimali. Hawnhekk hawn żiemel li, skont dawk li kienu fuq il-post, kien ilu jistenna f'xemx tiżreġ għal ħafna ħin, filwaqt li sid il-karozzin paxxut fid-dell.
Ma rridux inkunu patronizzanti imma ta' min ifakkar li żiemel iħoss s-sħana wkoll, u ħin twil fix-xemx m'hi xejn għajr moħqrija. Meta se jieħdu deċiżjoni deċiżiva l-awtoritajiet? Meta se ngħidu daqshekk għal din il-moħqrija? Napellaw lis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes u l-Kunsilli Lokali, speċjalment tal-Belt Valletta biex ma jibqgħux jippermettu xeni bħal dawn fl-eqqel tas-sħana tas-Sajf.