Il-Malta University Consulting Ltd., se tniedi Kors fuq id-Dimensja - Kura fil-Komunita'. Il-kors, mifrux fuq sitt sezzjonijiet li ser isiru filgħaxija, se jibda f' Settembru 2015. Dan il-kors ser isir fil-Malta University Residence li qiegħed fi Triq Robert Mifsud Bonnici, Ħal-Lija.
Dan il-kors se jipprovdi għarfien ewlieni lil min jieħu ħsieb nies bid-dimensja, l-qraba u familji tagħhom, bil-ħiliet basiċi sabiex ikunu jistgħu jieħdu ħsiebhom fid-dar. Dan il-kors ser ikun immexxi bil-Malti.
Il-koordinatur, Dr Charles Scerri huwa wieħed mill kofundaturi tal-Malta Dementia Society u bhal issa huwa is-Segretarju Ġenerali. Dr Scerri ppubblika ħafna materjal fil-qasam tad-Dimensja u dan l-aħħar kien l-awtur ta' l-Istrateġija Nazzjonali Għad-Dimensja li ġġib l-isem "Empowering Change - A National Dementia Strategy in the Maltese Islands 2015-2023.
Għal aktar informazzjoni żur is-sit www.muhc.com.mt, ċempel fuq 21240746 / 99829244 jew inkella ibgħat imajl lill [email protected]