Waqt il-programm Times Talk fuq TVM, il-whip tal-Partit Laburista, it-Tabib Godfrey Farrugia meta mistoqsi jekk hux se jattendi l-protesta kontra bini tal-Università f'Żonqor Point qal li jekk ma jinqala xejn, hu se jkun preżenti. "Jien diġà ħadt sehem fil-protesta fil-FRONT ĦARSIEN ODZ, il-fehma tiegħi diġà jafuha u esprimejtha. Jien favur l-ambjent."
Hu qal li hu jagħmel parti minn gvern li jisma' u li qed jifhem u janalizza s-sitwazzjoni "u ma jkun xejn ħażin jekk nerġgħu nirriflettu u nikkunsidraw anke Żonqor Point."