L-identità ta' universitajiet barranin tibqa' mhux ippubblikata - Evarist Bartolo

Ser ikunu l-universitajiet prospettivi li jiddeċiedu li jippubblikaw u meta jippubblikaw l-informazzjoni
 

Il-Ministru Evarist Bartolo
Il-Ministru Evarist Bartolo

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li l-applikanti li qed ifittxu l-akkreditazzjoni biex joperaw università f'Malta se jibqgħu mhux ippubblikati sakemm l-università nnifisha tiddeċiedi li tippubblika l-informazzjoni.

"Bosta applikanti esprimew l-interess tagħhom biex japplikaw għall-istatus ta' università f'Malta, imma d-dikjarazzjoni ta' din l-applikazzjoni tibqa' kunfidenzjali sakemm l-univerisità tiddeċiedi li tiddkjara l-aħbar hi nnifisha," qal Bartolo.

Bartolo qal li hemm sitt applikanti, li jinkludu entitajiet lokali u barranin ukoll. Qal ukoll li xi applikanti kienu barranin u diġà qed joperaw f'Malta, imma qed ifittxu li jieħdu l-istatus ta' Università.

Meta mistoqsi jekk l-applikanti kellhomx programmi proposti li kienu simili għal dawk tal-Grupp Sadeen, li qed jinvestu fl-Università Amerikana ta' Malta, Bartolo qal li l-applikanti ġejjin minn setturi differenti.

"Il-bidliet li saru lill-avviż legali saru apposta biex jippermettu lill-organizzaturi minn setturi differenti, bil-bżonnijiet varji tagħhom, biex joperaw minn Malta," qal Bartolo, b'riferiment għall-avviż legali li baxxa l-kriterji meħtieġa sabiex istituzzjonijiet tal-edukazzjoni jiġu kklassifikati bħala universitajiet.

 

More in Politika