Il-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta bdiet 40 sena ilu u minn dak iż-żmien, kien hemm bosta mumenti ta' suċċess. Illum il-ġurnata, Air Malta qed taffaċja diversi problemi sabiex tibqa' għaddejja. X'hemm fil-futur ta' din il-linja tal-ajru u x'jista' jsir biex terġa tkun il-linja tal-ajru ta' suċċess?
Il-programm ta' diskussjoni Reporter, immexxi minn Saviour Balzan, se jkun qed jitratta dan is-suġġett. Fuq il-mejda tad-diskussjoni, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario de Marco, il-president tal-Assoċjazzjoni tal-Piloti Dominic Azzopardi u l-president tal-MHRA Tony Zahra.
Il-programm jixxandar nhar it-Tnejn fid-8.40pm fuq TVM2, b’ripetizzjoni fuq TVM, fl-21.45pm