Il-Ministru għall-Enerġija reġa' kkostitwixxa l-bord t'inkjesta li qed tinvestiga l-użu ta' konkrit inferjuri fl-isptar Mater Dei wara l-gvern irċeva evidenza ġdida. Jidher li l-gvern irċeva din l-evidenza f'forma ta' dokument.
F'dikjarazzjoni fil-qosor, il-Ministru għall-Enerġija Konrad Mizzi qal li l-bord, mmexxi mill-Imħallef Emeritus Philip Sciberras, ntalab jirraporta dwar l-evidenza l-ġdida.
Intant, f'dikjarazzjoni l-oppożizzjoni qalet li kull evidenza ġdida għandha tingħadda immedjatament lill-pulizija.
Il-Partit Nazzjonalista, minkejja li nstema kemxejn xettiku dwar din l-informazzjoni qal li "ħa nota li l-Ministru tal-Enerġija reġa' staqsa lill-eks MP Laburist Philip Sciberras biex jerġa' jinvestiga l-hekk imsejħa evidenza ġdida."
Il-PN qal li minn mindu l-bord t'inkjeta temm xogħlu, kull evidenza għandha tingħadda lill-pulizija. Tkellmu wkoll dwar il-fatt li Sciberras qed jiġi mgħejun minn ibnu, l-viċi sindku tal-Imsida, Alex Sciberras.