Agħtu widen għal dak li għandhom xi jgħidu t-tfal – Il-President

Ħatriet ġodda fil-ġudikatura

Ħatriet ġodda fil-ġudikatura
Ħatriet ġodda fil-ġudikatura

Waqt il-ġurament tal-ħatra taż-żewg Imħallfin ġodda, l-Imħallef Miriam Haymen u l-Imħallef Giovanni Grixti, u l-Maġistrati Joe Mifsud u l-Maġistrat Monica Vella, il-President ta’ Malta appellat biex il-ġudikatura waqt il-proċeduri ġudizzjarji, jagħtu widen għal dak li għandhom xi jgħidu t-tfal.

“Il-vuċi tat-tfal hemm bżonn li tinstema’.  Ilum il-vuċi tat-tfal ma tasalx jekk ma tkunx il-ġudikatura jew il-ġenituri tagħhom li jagħtu spazju għaliha.”  Il-President  appellat biex il-ġudikatura tkun disposta biex il-vuċi tat-tfal tinstema’, għaliex dawn għandhom xi jgħidu lis-soċjetà u dan b’konformi ma’ artiklu 12 tal-konvenzjoni tad-drittijiet tat-tfal.

Fl-indirizz tagħha, il-President appellat ukoll lill-ġudikatura dwar id-dewmien fil-Qrati, fejn hemm nies li jkollhom għadd ta’ sitwazzjonijiet, fejn jidhru fl-ewwel stanzi iżda mbagħad jitħalla ħafna żmien biex jidhru għall-każijiet li jmiss. 

Il-President ta’ Malta spjegat li qed jiġri li wara li jkunu rriformaw ruħhom biex ikunu ċittadini denji u membri responsabbli għall-familji tagħhom, minħabba d-dewmien fil-każijiet, ikollhom jerġgħu lura għall-proċeduri ġudizzjarji.

Il-President awgurat lill-Imħallfin u lill-Maġistrati l-ġodda, u appellat biex dawn ikomplu jsaħħu lill-ġudikatura li hija wieħed mill-ikbar pilastri ewlenin tad-demokrazija tagħna

More in Politika