Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne illum qal li kull deċiżjoni dwar jekk kumpaniji li pprovdew konkrit ta' kwalità inferjuri waqt il-bini tal-Isptar Mater Dei ser tittieħed la darba r-rapport tal-inkjesta jiġi revedut mill-Avukat Ġenerali.
Dan qalu waqt li indirizza konferenza stampa fl-isptar, fejn qal li r-rapport tal-inkjesta kkonkludiet li r-responsabilità ċivili u kontrattwali fl-aħħar mill-aħħar hija ta' Skanska - multinazzjonali Żvediża, li kienet responsabbli mid-diżinn u mill-bini tal-isptar.
Fearne, bi tweġiba għal xi mistoqsijiet li saru mill-ġurnalisti qal li la darba l-Avukat Ġenerali jkun rreveda r-rapport tal-inkjesta, il-gvern ikun f'pożizzjoni li jiddeċiedi dwar jekk il-kumpaniji involuti, b'mod partikolari Mixer Ltd, Tal-Maghtab Construction Ltd, Blokrete Ltd u Devlands Ltd, għandhomx jiġu blacklisted jew le.