Front Ħarsien ODZ kontra range tal-isparar fil-Mosta

Jitolbu lill-gvern biex dawn ir-ranges ma jkunux ħdejn skejjel, sptarijiet u djar tal-anzjani

Il-pjan propost għar-range tal-isparar
Il-pjan propost għar-range tal-isparar

Front Ħarsien ODZ qed toġġezzjona għall-iżvilupp ta' range tal-isparar fl-inħawi ta' Busbesija kemm minħabba l-fatt li dan hu żvilupp kbir barra ż-żona tal-iżvilupp kif ukoll minħabba l-impatt negattiv fuq dar li tintużagħall-irtiri.

Il-barracks li l-iżviluppaturi lesti biex jirristawraw jikkostitwixxu biss 10% tas-sit propost li se jkun jinkludi shooting ranges ta' 300 metru, ta' 25 metru, ta' 50 metru u diversi faċilitajiet oħra fosthom 'paintball park'.

Front Ħarsien ODZ isejjaħ lil MEPA u lill-gvern biex fil-'policy' li tirregola l-iżvilupp ta' 'shooting ranges' li qed titfassal jiġi dikjarat b'mod ċar li l-ebda range tal-isparar ma tista tiġi proposta hdejn skejjel, sptarijiet u djar tal-anzjani u postijiet tal-irtiri.

Il-Front Ħarsien ODZ qed jesprimi t-tħassib tiegħu dwar rapporti li l-iżviluppaturi beħsibhom jorganizzaw il-world cup tal-isparar f'post li għandu jibqa' kwiet u hieles minn żvilupp li jġib miegħu iktar traffiku u storbju.

More in Politika