F’pajjiżna ħadd m’hu se jixtri liċenzja biex jopera Universita’

Il-Ministeru m’għandu l-ebda awtorita’ biex jagħti dan it-tip ta’ liċenzjar

Il-Ministeru m’għandu l-ebda awtorita’ biex jagħti dan it-tip ta’ liċenzjar
Il-Ministeru m’għandu l-ebda awtorita’ biex jagħti dan it-tip ta’ liċenzjar

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-xogħol qal fi stqarrija li mhux talli ir-rekwiżiti biex topera istituzzjoni ma naqsux, iżda ġew iktar issikkati, l-element tar-riċerka biex tieħu liċenzja ta’ Universita’ baqgħet fis-seħħ u l-Ministeru m’għandu l-ebda awtorita’ biex jagħti dan it-tip ta’ liċenzjar.

Il-proviso tal-interess nazzjonali, li jintuża mill-NCFHE biss, u mhux mill-Gvern, ma jagħtix dritt awtomatiku lill-entita’ edukattiva li tingħata liċenzja ta’ Universita’, iżda jagħti dritt lil tali entita’ li tkun tista tapplika.     

L-entita’ applikanti trid tgħaddi mill-istess proċess ta’ skrutinju li jintuża għall- applikazzjonijiet kollha u li għandu l-għan li jissalvagwardja ir-reputazzjoni għolja ta’ pajjiżna f’dan il-qasam.

Din il-klawsola tippermetti li f’każijiet li tirrikonoxxi l-Kummissjoni, istituzzjonijiet li joffru numru limitat ta’ programmi xorta waħda jkunu jistgħu ikunu eliġibbli biex japplikaw għal licenzja ta’ Universita’.  

L-argument li jekk tnaqqas l-ammont ta’ suġġetti li Universita’ toffri b’xi mod tnaqqas il-kwalita’ jew l-istandards ta’ l-istess Universita’ mhux validu.

Dan minħabba li hawn Universitajiet, speċjalment tekniċi u vokazzjonali, li joffru ammont żgħir u iffukat ta’ programmi fuq livell terzjarju. Dan il-fatt m’għandux iżomm lil Malta milli tiftaħ il-bibien tagħha għal dawn it-tip ta’ Universitajiet. 

L-Avviż Legali 150/2015 ma jbiddilx il-quality assurance. Il-Quality Assurance issaħħet qabel dan kollu permezz tar-regoli mdaħħla mill-NCFHE matul dan l-aħħar xhur. 

Il-Quality Assurance Sub-Committee, appuntat mill-NCFHE, jaghmel ix-xoghol ta’ skrutinju professjonali u indipendenti fuq l-kwalita tal-istituzzjoni applikanti. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat fuq jekk għandiex tinħareġ liċenzja lill-applikanet jew le, jintbagħtu lill-bord tal-NCFHE fejn jiġi deċiż jiġux aċċettati jew le. 

Il-Ministeru jew il-Gvern m’għandu l-ebda rwol f’dan il-proċess, wisq anqas awtorita’. 

Dwar il-punt tal-Oppożizzjoni li qed tallega li l-element ta’ riċerka tneħħa, il-Ministeru jerġa jiċċara li r-Regolament 47 (1)(a) tar-Regolamenti dwar il-liċenzjar, akkreditament u assikurazzjoni ta’ kwalita’ fl-edukazzjoni avvanzata u ogħla, jispeċifika illi r-riċerka, fost elementi oħra, għandha tkun waħda mill-attivitajiet primarji tal-entita’ edukattiva. 

More in Politika