
Ritratti xokkanti ta kif tħalla l-isptar t’Għawdex fl-2013
L-eks Ministru Giovanna Debono bi prijoritajiet differenti . . .
minn Staff Reporter





















Din il-gazzetta qed tippublika għall-ewwel darba llum numru ta’ ritratti li jixhdu l-istat ħażin li fih kien qed jitħalla l-isptar taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Dawn ir-ritratti ttieħdu propju mal-bidla li saret fl-elezzjoni tal-2013 fejn l-isptar ma baqax taħt id-dekasteru tal-ministeru għal-Għawdex iżda ġie mgħoddi taħt ir-responsabbilta tal-Ministeru tas-Saħħa.
Sal-lum għadu mhux magħruf kemm intnefqu flus tal-gvern fuq xogħliijet għand individwi li allegatament kienu ordnati mir-raġel tal-eks Ministru għal Għawdex Giovanna Debono. Li kieku dawk il-flus intnefqu fejn kellhom bżonn, żgur kienu jagħmlu differenza fil-ħajja tal-Għawdxin speċjalment ta’ dawk li jużaw l-isptar.
Mitlub jikkummenta dwar is-sitwazzjoni li kien hemm fl-isptar t’Għawdex, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne qal li meta ra r-ritratti msemmija ma setax jemmen kif l-isptar ġenerali ta’ Għawdex kien tħalla fl-istat li fih instab. “Meta ħadna f’idejna t-tmexxija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fl-2013, immedjatament deher illi kien hemm telqa u nuqqas qawwi ta’ investiment. Kienet sitwazzjoni tal-biki. Kien ovvju illi l-Ministeru ta’ Għawdex ta’ żmien amministrazzjoni Nazzjonalista kien ħa d-deċiżjoni illi ma jagħtix prijorita fil-budget tiegħu għall-Isptar ta’ Għawdex. F’Għawdex il-Partit Nazzjonalista diġa kellu l-opportunita li jagħmel id-differenza fil-ħajja tan-nies iżda tilifha.”
Fearne tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni preżenti “F’dawn is-sentejn aħna ħadna passi biex tejjibna kemm stajna. Illum il-pazjent Għawdxi qed jieħu trattament ferm aħjar milli kien qed jieħu sentejn ilu. Issa pero rridu mmorru pass aktar il-quddiem u rridu niżguraw li l-kura f’Għawdex tkun ta’ livell internazzjonali u ta’ l-anqas, tajba daqs dik ta’ Mater Dei. Għalhekk qed immexxu fuq il-pjani tagħna għal Għawdex li nibnu sptar ġdid ta’ 450 sodda flimkien ma’ skola medika ta’ fama mondjali – li hi Barts Medical School.”