Il-Gvern iżomm id-dritt li jfittex għad-danni

Il-każ tal-konkrit fl-Isptar Mater Dei . . .

Andrew Harrison jippreżenta r-rapport tal-ARUP
Andrew Harrison jippreżenta r-rapport tal-ARUP

Il-Ministru għas-Saħħa u Enerġija Konrad Mizzi saħaq din il-ġimgħa li l-gvern qed iżomm id-dritt li jfittex għad-danni meħtieġa biex tkun indirizzata l-problema li qed ikun stmat li se tiswa l-fuq minn €30 miljun. 

Qal ukoll li ARUP qed jiffinalizzaw id-diżinni għax-xogħolijiet meħtieġa biex titranġa s-sitwazzjoni u li x-xogħolijiet se jsiru wara sejħa pubblika. 

Mizzi, li flimkien mas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne, żvelaw r-rapport li tħejja mill-kumpanija ARUP, qal rapport jikkonferma li l-konkrit tal-Emeġenza fl-isptar Mater Dei hu wieħed dgħajjef. ARUP ikkonfermaw li l-kampjuni tal-konkrit li ttieħdu mill-kolonni tad-dipartiment tal-emeġenza juru li għalkemm il-konkrit hu dgħajjef u inferjuri, l-bini hu sod biżżejjed biex jitkompla għaddej ix-xogħol fih.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Konrad Mizzi qal li inkjesta oħra, din id-darba dwar ir-responsabbiltà tal-inġiniera ta’ Skanska u li qed titmexxa mill-Imħallef irtirat Philip Sciberras, għandha tkun lesta sal-ġimgħa d-dieħla waqt li żied jgħid li l-gvern talab laqgħa urġenti ma’ Skanska dwar dan. Minn naħa tagħhom Skanska kkonfermaw it-talba tal-gvern Malti għall-laqgħa waqt li nsistew li dan il-bini ilu mibni s-snin u li jridu aktar informazzjoni qabel ma jikkummentaw fuq ir-rapport tal-ARUP li għandu f’idejħ il-gvern. 

Intant, mitlub jikkummenta dwar din is-sitwazzjoni, s-segretarju parlamentari Chris Fearne qal li l-konsulenti ARUP qalu li huma qatt ma raw konkrit daqshekk inferjuri f’ebda bini pubbliku fl’Ewropa. “Qalulna li dan it-tip ta’ konkrit rawh biss f’pajjiżi foqra tat-tielet dinja u f’ebda binja.”

Fir-rapport tagħhom ARUP żvelaw li għalkemm il-konkos f’Malta kellu jkun magħmul biss minn ġebel tal-qawwi, rriżulta li biex inbena l-isptar Mater Dei, il-konkos tħallat b’ġebel tal-franka. 

Qalu li minn testijiet li saru dan l-aħħar instab li s-saħħa tal-kolonni kellha tkun fil-grad ta’ 30mpa iżda testijiet urew li l-kolonni ma kinux konformi ma’ dan il-livell. ARUP iċċertifikaw li l-kolonni fid-dipartiment tal-emerġenza għandhom saħħa ta’ 18mpa filwaqt li testijiet li saru fil-blokk fejn hemm is-swali tal-pazjenti s-saħħa strutturali tal-kolonni hi ta’ 23mpa li tfisser ħarira aħjar minn tal-emerġenza.

More in Politika