Is-Sadeen Group huma żviluppaturi magħrufa fil-kostruzzjoni u turiżmu

Għandhom biss skejjel fl-Għarabja Sawdija

Għandhom biss skejjel fl-Għarabja Sawdija
Għandhom biss skejjel fl-Għarabja Sawdija

Is-Sadeen Group li ffirmaw kuntratt mal-gvern Malti għall-bini ta’ universita ġdida f’pajjiżna bl-isem ta’ American University of Malta, huma żviluppaturi magħrufa biss fil-kostruzzjoni u turiżmu. Għandhom biss skejjel fl-Għarabja Sawdija kif jidher ċar fil-websajt tal-istess kumpanijja.

Il-grupp ilu mwaqqaf għal dawn l-aħħar 30 sena u hu ffurmat minn numru ta’ mprendituri fin-negozju li l-għan aħħari tagħhom hu li jiżviluppaw bini ndustrijali u kummerċjali ta’ kwalità għolja ħafna waqt li jmexxu l-operat tagħhom b’kunfidenzjalità u segretezza.

Fil-kuntratt iffirmat mal-gvern Malti huma qed jeżiġu li jingħataw medda t’art li tkopri mad-90,000 metru kwadru sabiex jibnu universita ġdida f’pajjiżna, liema art il-gvern qed jinsisti li tkun fin-naħa t'isfel ta' Malta, possibilment il-ponta taż-Żonqor.

Żur is-sit tas-Sadeen fuq: www.sadeengroup.com

More in Politika