L-eks preżentatur fuq it-TV, Lou Bondi ġie mqabbad mill-Malta Gaming Authority biex jagħti taħditiet dwar public speaking u ħiliet ta' preżentazzjoni lill-ħaddiema tal-istess awtorità. Bondi qed jagħmel dan għal għal €6,250.
Minbarra dan, Bondi huwa wkoll konsulent fl-Uffiċju tal-Prim Ministru, b'kuntratt ta' €54,000, eskluż il-VAT, għall-Fondazzjoniji Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali.
Bħalissa, Bondi għaddej b'dawn is-sessjonijiet ta' taħriġ għal 18-il impjegat tal-Malta Gaming Authority billi jħarriġhom f'ħiliet fuq it-TV, public speaking u ħiliet ta' preżentazzjoni, lill-impjegati inkluż iċ-chaiman u l-kelliem tal-MGA.
Bondi għalhekk qed jitħallas €312.50 għal kull persuna u dawn is-sessjonijiet ta' taħriġ qed isiru fuq perjodu ta' ħamest ijiem bi spiża totali ta' €6,250.
Il-ministeru tal-kompetittività qal li dan il-ħlas jinkludi 'sensiela ta' videos, intervisti u riċerka li l-awtorità tlbitu jagħmel bħala preparazzjoni għal dawn il-workshops. It-taħriġ provdut lill-ħaddiema huwa parti minn programm ta' taħriġ kontinwu fl-organizazzjoni kollha, li hi mmirata li tiżviluppa l-ħiliet neċessarji, u l-kapaċitajiet biex tiżdied il-professjonalità fl-MGA.'
Il-Malta Gaming Authority riċentement irreġistrat żieda ta' €6 miljuni fid-dħul tagħha fl-2014 u mistennija li jkun hemm żidied fin-numru ta liċenzji maħruġa, li s-sena l-oħra żdiedu b'19% biex ilaħħqu total ta' 519.