Busuttil iwissi lil David Agius waqt li David Casa hu l-favorit

Tiftaħ it-tellieqa għal Segretarju Ġenerali tal-PN 

Iktar kmieni din il-ġimgħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil sejjaħ lill-whip David Agius u wissieh ma jużax tattiċi minn taħt biex jerbaħ it-taqtiegħa għal Segretarju Ġenerali.

Mindu sar magħruf li Chris Said tneħħa minn Segertarju Ġenerali, David Agius dlonk beda b’manuvri u kampanja interna qawwija biex joħodlu postu.

Is-Segretarju Generali fil-PN ma jintgħażilx mill-Kunsill Ġenerali izda jintgħażel minn madwar 50 ruħ fl-Eżekuttiv tal-PN. Il-Kunsill Ġenerali li jmiss mistenni jagħżel Eżekuttiv Ġdid li mbagħad b’sempliċi turija tal-idejn dawn il-persuni jagħżlu s-suċċessur ta’ Said.

Sorsi fil-Partit Nazzjonalista qalu li David Agius qabbad lin-nies tiegħu biex kollha kemm huma jitfgħu nomina għall-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Qed jingħad li l-favorit ta’ Simon Busuttil hu l-eks kollega tiegħu fil-Parlament Ewropew David Casa. Casa qed jippunta għal din il-kariga wara li għamel aktar minn żewġ leġiżlaturi bħala Membru Parlamentari Ewropew u għalhekk għandu l-pensjoni tiegħu assigurata. 

Aqra aktar fil-ħarġa tal-ġurnal ILLUM

More in Politika