Anthony Debono mistenni jitressaq il-Qorti t'Għawdex

Ir-raġel tal-eks ministru Giovanna Debono huwa akkużat li uża flus ministerjali għal xogħlijiet privati

Il-Kap tal-PN mistoqsi minn Saviour Balzan dwar il-każijiet f'Għawdex
Il-Kap tal-PN mistoqsi minn Saviour Balzan dwar il-każijiet f'Għawdex

Anthony Debono, ir-raġel tal-eks Ministru Nazzjonalista Giovanna Debono mistenni jiteressaq il-Qorti t'Għawdex akkużat li uża l-budget ministerjali fuq xogħlijiet privati għall-kostitwenti.

Debono, ħaddiem taċ-ċivil li kien qed jaħdem fid-diviżjoni tal-proġetti fil-ministeru t'Għawdex waqt li martu kienet fil-kariga ta' Ministru, huwa allegat li uża riżorsi pubbliċi għal kuntratturi privati, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu xogħlijiet għall-kostitwenza għal ftit jew l-ebda spiża.

Dan kollu nħareġ propju meta whistleblower baqa' ma tħallasx ta' xogħlijiet li kien għamel. Il-kuntrattur qal li  staqsa lil Debono għall-flus, imbagħad lill-ufficjali tal-PN, inkluż is-segretarju ġenerali Chris SSaid u l-mexxej tal-partit Simon Busuttil, sabiex jitlobhom ħlas tax-xogħol li kien sar.

Wara din l-allegazzjoni, tliet kuntratturi Għawdxin oħra għamlu allegazzjonijiet simli - fejn qalu li tqabbdu mill-Ministeru t'Għawdex biex jagħmlu xogħlijiet fil-kostruzzjoni għal residenzi privati jew negozji.

Il-mara ta' Debono, l-eks ministru Giovanna Debono ċaħdet li kienet taf b'dan kollu.

More in Politika