L-Eks President tal-MUMN Paul Pace għadu kif ġie maħtur bħala Advisor – Nursing Deployment fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa.
Fi stqarrija l-Gvern qal li Pace għandu esperjenza vasta fil-qasam tan-nursing, fejn fost oħrajn matul dawn l-aħħar disa’ snin kien President tal-MUMN. Huwa għandu wkoll esperjenza vasta fin-networking fix-xena tal-infermiera internazzjonali, fejn huwa wkoll membru tal-Bord tal-Kunsill Internazzjonali tal-Infermiera.
L-istqarrija ttemm tgħid li fis-snin li ġejjin, b’rabta mal-proġetti mħabbra mill-gvern fil-qasam tas-saħħa, f’pajjiżna mistenni jkollna ingaġġ qawwi ta’ infermiera u professjonisti oħra fil-qasam mediku, għaldaqstant Pace se jkun qiegħed jagħti pariri fuq l-ingaġġ tal-infermiera.