Ġimgħa wara l-elezzjoni, il-voti tal-kunsilli lokali urew bl-iktar mod ċar rebħa għall-Partit Laburista ta’ 54%, minn 57% minn 2012. Kien grazzi għall-appoġġ f’Għawdex li Muscat rebaħ b’mod konvinċenti. Illum Għawdex inbiddel f’maġġoranza Laburista. Min-naħa l-oħra d-distakk bejn iż-żewġ partiti naqas għal 8.5%. F’kampanja elettorali fejn il-Partit Nazzjonalista kien kważi assenti - li kieku ma kienx għat-turnout minħabba r-referendum u t-tema tal-kaċċa ma kienx joħorġu ħafna Nazzjonalisti.
Kien hemm il-fattur ukoll tas-sħaba tal-iskandlu marbut mar-raġel tal-eks ministru Giovanna Debono.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien ċar u enfasizza li din kienet rebħa storika għax ma kienx minnu li partit fil-gvern jibqa b’vot maġġoritarju. Kien hemm ferħ fuq ħafna uċuħ u protagonisti tal-Partit Laburista hekk kif deher ċar li l-Partit Laburista kellu tsunami ta’ appoġġ f’Għawdex.
Madanakollu f’irħula Laburisti notevoli kien hemm tnaqqis sinjifikanti. Il-bieraħ Busuttil iddikjara li kien kuntent bir-riżultat u attrwibwixxa r-riżultat ta’ Għawdex għat-tfigħ ta’ tajn. Dan b’referenza għall-istorja tal-MaltaToday dwar abbużi serji mir-raġel tal-eks ministru t’ Għawdex Giovanna Debono.