[FILMAT] Jibda l-proċess tal-votazzjoni

Il-votazzjoni se tibqa' miftuħa sal-10pm

Il-garżelli fejn se jkunu magħżula l-voti tar-referendum fin-Naxxar
Il-garżelli fejn se jkunu magħżula l-voti tar-referendum fin-Naxxar
Analiżi ta' statistika

AĠĠORNAT:

Il-proċess tal-votazzjoni jidher li sejjer tajjeb hekk kif hu rrapurtat li l-postijiet tal-votazzjoni kollha huma miftuħa u l-votazzjoni hi waħda mexxejja u mingħajr ħafna dewmien. Importanti li l-votanti jieħdu magħhom id-dokumenti tal-vot, kemm dak tar-referendum u kemm dak tal-Kunsilli Lokali jekk huma jgħixu fl-lokalità fejn fiha qed isiru wkoll l-elezzjonijiet tal-Kunsilli.

Il-postijiet tal-votazzjoni se jkunu miftuħa sal-10pm.

----------------------------------

Ftit tal-ħin ilu fetħu l-postijiet tal-votazzjoni madwar Malta u Għawdex fejn il-poplu qed ikun mitlub jipparteċipa fir-referendum dwar jekk Malta għandhiex tkompli bil-kaċċa fir-rebbiegħa u kif ukoll qed isiru numru ta' elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali f'madwar nofs il-lokalitajiet madwar il-pajjiż.

L-ILLUM ser ikun qed iżommkom aġġornati minn ħin għal ieħor dwar l-andament tal-votazzjoni kif ukoll bi statistika hekk kif din tkun f'idejna.

Sadanittant fil-filmat, l-Editur Frederick Attard jitkellem dwar il-persentaġġi ta' voti miġbura u dawk li baqgħu ma nġabrux.

More in Politika