Każin tal-PN jilqa' lil Laburisti

PN Paola tagħna Lkoll

Ritratt ferm ħelu ħareġ idur fuq l-internet nhar il-Ġimgħa li juri partitarji Laburisti ixejru l-bnadar tagħhom mit-terrazzin tal-każin tal-partit Nazzjonalista ta' Raħal Ġdid. Dawn il-partitarji Laburisti sabu li dan il-post kien l-aħjar mod biex isegwu lil Joseph Muscat u lil Matteo Renzi jagħtu l-aħħar messaġġi qabel il-Jum tar-Riflessjoni. Kien hemm ħafna kummenti fuq dan ir-ritratt fejn min qal li n-Nazzjonalisti bil-prova li jaċċettaw l-għajta Malta Tagħna Lkoll u hemm min għadda kummenti li jispera li tal-inqas daħlu jieħdu kafè mill-każin li laqagħhom.

Jibqa' fatt li l-politika f'Malta nbidlet meta żgur li fis-snin tmenin qas kont toħlom li tħalli każin miftuħ waqt attività tal-partit l-ieħor. Żgur li l-mod kif qed tiġi proġettata l-politika tal-lum hi ħafna aħjar minn dik ta' 30 sena ilu u dan mertu għaż-żewġ partiti li mmaturaw huma u mmaturaw lil partitarji tagħhom.

More in Politika