Votazzjoni fl-isptarijiet ta’ kważi 60%

Il-pazjenti vvutaw ilbieraħ

Il-pazjenti vvutaw ilbieraħ
Il-pazjenti vvutaw ilbieraħ

Il-ġurnal ILLUM jinsab infurmat li fil-votazzjonijiet li saru fl-isptarijiet ilbieraħ ivvutaw kważi 60% tal-pazjenti.

Il-votazzjoni fl-isptarijiet kienet riservata għal pazjenti li preżentement jinsabu rikoverati fl-isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Carmeli u kif ukoll l-isptar ġenerali t’Għawdex.

Il-votazzjoni li saret hija relatata mar-referendum dwar jekk f’Malta għandiex tibqa ssir il-kaċċa fir-rebbiegħa u kif ukoll mal-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali.

Il-kumplament tal-elettorat se jkun qed jivvota matul il-jum, għada s-Sibt 11 t’April.

 

Votazzjoni Referendum – Ivvutaw 58.82%

Sptar Eliġibbli Ivvutaw
Mater Dei 646 308
Karin Grech 260 206
Monte Carmeli 422 277
Sptar Ġenerali t'Għawdex 185 99
TOTAL 1,513 890

 

Votazzjoni Kunsilli Lokali – Ivvutaw 59.53%

Sptar Eliġibbli Ivvutaw
Mater Dei 353 179
Karin Grech 137 102
Monte Carmeli 243 159
Sptar Ġenerali t'Għawdex 70 38
TOTAL 803 478

 

More in Politika