Matteo Renzi, il-Prim Ministru Taljan f'Malta llum, 9 ta' April. Renzi mistenni jiltaqa' mal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat fil-5.15pm - fejn imbaghad ikun hemm konferenza stampa. Il-PM Taljan ħa jkun Malta għall-inawgurazzjoni tal-interconnector bejn Malta u l-Italja - fejn ħa ssir ċerimonja uffiċjali fis-6.45pm.
Din ħa tkun l-ewwel żjara ta' Renzi minn meta sar PM tal-Italja s-sena l-oħra.
It-taħdidiet bejn il-PM Taljan u dak Malti jidher li ħa jiffukaw fuq l-immigrazzjoni rregolari, is-settur tal-enerġija u l-Mediterran.
L-interconnector, li ħa jgħaqqad lil Malta ma' Sqallija ħa jgħaqqad lil Malta mal-grid tal-elettriku Ewropew.