
Ir-rieda tal-poplu fir-referendum se tiġi rrispettata - JM
Il-Prim Ministru jgħid li mhux ħa jiġi ttolerat l-ebda ksur ta' liġi

More in Politika
Il-Prim Ministru jgħid li mhux ħa jiġi ttolerat l-ebda ksur ta' liġi
Il-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara li mhux se tiġi ttollerata l-ebda ksur ta' liġi, jkun xi jkun ir-riżultat tar-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa, u hu se jkun qed jara li d-deċiżjoni tal-poplu tiġi rrispettata. Għaldaqstant, mhux se jiġi ttollerrat atteġjament mhux f'postu, inkella jittieħdu l-passi neċessarji. "Mhux ħa nittolleraw qżież u jekk ikun hemm i-qżież, ngħalaq il-kaċċa jien stess." Meta mistqsi dwar il-fatt li esprima ruħu dwar dan, Muscat qal li għamel dan bħala ċittadin li għandu dritt jesprimi l-opinjoni tiegħu.
Meta kien mistoqsi dwar il-ftuħ tal-interconnector li għalih se jattendi wkoll il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi, semma kif dan kien proġett li nbeda taħt gvern Nazzjonalista, li iżda skont Muscat, lanqas kien hemm il-permessi kollha neċessarji fejn "cable li jiswa €200m kien ħa jgħaddi minn fejn se jkun hemm tħaffir ta' żejt u għalhekk kellna nċaqalquh." Semma wkoll l-importanza li jkun hemm energy mix biex ma jkunx hemm dipendenza fuq l-interconnector jew il-power station biss.
Meta mistoqsi dwar l-investiment infrastrutturali, waqt intervista fuq One Radio, il-Prim Ministru semma ki Transport Malta għamlet u għadha qed tagħmel ħafna xogħol importanti partikolarment fuq toroq arterjali, imma hemm bosta toroq oħrajn li jeħtieġu l-attenzjoni imma jaqgħu taħt il-Kunsilli Lokali li m'għandhomx biżżejjed fondi. Għaldaqstant, semma kif hemm bżonn li jun hemm bidla fis-sistema fejn ikun hemm ukoll l-involviment tal-privat u bħalissa qed jiġu studjati numru ta' proġetti pilota.
Dwar il-każ tal-allegat xogħlijiet privati minn fondi pubbliċi f'Għawdex, Joseph muscat tkellem dwar kif Simon Busuttil qed jaħrab il-ġurnalisti fejn "beda jnaqqas mid-dehriet tiegħu hekk kif tfaċċa l-każ ta' Giovanna Debono u kif tkellem il-whistleblower, staħba." U dan, kompla jgħid Muscat fl-aħħar siegħat ta' kampanja elettorai ta' elezzjonijiet li hu ried li jsiru.
Meta kkritikat dwar l-investimenti li qed isiru bħalissa li qed jingħad li huma minħabba l-elezzjoni tal-kunsill lokali, Muscat qal li "l-bir għadu ġej u min jaħseb li dan kollu qed isir minħabba l-kunsilli lokali, ma jafx xi jgħid." Fil-fatt, Muscat kompla jgħid li t-tħabbir ta' proġetti ġodda se jibqa' sejjer fil-ġimgħat u xhur li ġejjin.
Finalment, dwar l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, spjega kif meta ma tivvutax, f'dan il-każ ma tkunx qed twassal messaġ għaliex, "meta jkollok Gvern li jisma', il-messaġġ tista' tibgħatu billi titkellem u mhux billi ma tivvutax." Dan waqt li semma kif Simon Busuttil lanqas in-nies ma jrid jaffaċja, għaliex qed jibgħat messaġġ rekordjat biex ikellimhom.