€34 miljun biex jiġu indirizzati sfidi tal-enerġija rinovabbli

Investiment minn fondi Ewropej matul il-perjodu 2014-2020
 

Il-Ministeru tal-Enerġija flimkien mal-Malta Resources Authority bħalissa jinstabu f'taħdidiet avvanzati biex fil-ġimgħat li ġejjin jinħarġu l-ewwel skemi tal-pannelli solari. Dan qalu is-Segretarju Parlamenari għall-Presidenza 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg, hu u jindirizza l-ewwel minn erba' seminars ta' taħriġ dwar l-immaniġġjar tal-Fondi Ewropej, organizzati minn europeanfunds.info. Huwa kompla jgħid li l-miżurimistennija jindirizzaw l-isfidi favur l-energija rinnovabbli u ħa jkun hemm investiment ta' madwar €34 miljun matul il-perjodu 2014-2020.

Borg spjega kif dawn il-fondi hemm bżonn li jintefqu kif suppost, bl-aktar mod trasparenti u mingħajr ma jintilef l-ebda ċenteżmu u saħaq li kull ma jmur qed ikompli jiżdied l-interess fuq il-fondi Ewropej u b’hekk huwa ferm neċessarju li jkun hemm aktar għarfien.


Fix-xhur li għaddew kien għaddej il-proċess biex jiġu approvati mill-Kummissjoni Ewropea ż-żewġ programmi operattivi tal-fondi għal Malta 2014-2020. Ian Borg spjega kif bħalissa ninsabu fil-bidu ta’ proċess li se jwassalna sabiex nilħqu l-miri tal-2020. Il-bżonn li naħdmu favur aktar enerġija rinnovabbli hija waħda mill prijoritajiet li nsibu f’dawn il-programmi operattivi, Borg kompla jgħid.


Filwaqt li feraħ lill-organizzaturi ta’ dan is-seminar informattiv, Borg tenna jgħid li hekk kif fadal 3 sessjonijiet oħra fuq it-taħriġ ta’ Fondi Ewropej, wieħed għandu jinforma ruħu aktar fuq il-proċessi kollha relatati mal-Fondi – mill-istadju tal-applikazzjoni u dak kollu li ġġib magħha, mal-proċeduri ta’ public procurement, immaniġġjar finanzjarju u sal-obbligi tal-awditjar, sabiex nassiguraw li l-proċess li wieħed irid jgħaddi minnu biex jibbenefika minn dawn il-fondi, ikun wieħed ġust u trasparenti.

More in Politika