Is-sussidji fuq il-frott u l-ħxejjex li jkopru s-snin ta’ produzzjoni 2013 u 2014, għal dawk il-bdiewa li jtellgħu l-prodotti l-pitkalija qed jinħadmu u ser jitħallsu daqt – sabiex jingħalaq il-programm tas-sussidju SMPPMA. Dan qalu Leo Brincat wara mistoqsija li tressqet quddiemu mill-kelliem għall-Agrikoltura u Sajd Toni Bezzina.
Bezzina saħaq li s-soltu dan is-sussidju jingħata fil-bidu ta’ Frar, iżda din is-sena, issa li qegħdin fit-tieni ġimgħa ta’ Marzu, il-bdiewa għadhom ma rċevew xejn.
Brincat kompla jgħid li l-maġġoranza tal-ħlasijiet ħa jsiru fil-ġimgħat li ġejjin. Iżda fl-istess waqt, il-Bord ħa jsejjaħ lil 66 benefiċjarju li għad fadal li jsiru xi verifiki fuqhom, f’April. B’hekk mistenni li l-aħħar ħlasijiet isiru f’Mejju tal-2015.