Il-Gvern żamm il-wegħda li jirranġa t-toroq fil-Mosta - Owen Bonnici

Il-ministru Owen Bonnici u d-Deputat mexxej tal-Partit Laburista Toni Abela żaru l-Mosta

Ritratt: Ray Attard
Ritratt: Ray Attard

"Il-Gvern Laburista żamm il-wegħda li għamel lill-Mostin wara li numru ta' proġetti ta' toroq ġew imwettqa," qal il-Ministru għall-gvernijiet lokali Owen Bonnici.

Flimkien mad-deputat mexxej tal-Partit Laburista, Toni Abela, Bonnici tkellmu f'konferenza tal-aħbarijiet fil-Mosta.

"Fi żjara li kien għamel Joseph Muscat fi Frar tal-2012, hu kien wiegħed li jiġu rranġati toroq li kienu strumentali għar-residenti Mostin. Qegħdin hawn biex nuru kif il-Gvern żamm il-wegħdiet tiegħu billi ikkollabora mal-Kunsill Lokali tal-Mosta biex jitwettqu dawn ix-xogħlijiet," qal Bonnici.

Waqt li indirizza lill-ġurnalisti, Toni Abela saħaq li d-differenza bejn il-Gvern Laburista u l-amministrazzjoni preċedenti kienet propju li l-Partit Laburista żamm mal-wegħdiet li kien għamel irrispettivament mill-partit politiku tal-Kunsill Lokali."

More in Politika