Kont ta' €600 miljun f'konnessjoni ma' kumpanija li waqqaf Ray Bugeja

Il-kumpanija involuta, allegatament ġiet mwaqqfa minn Ray Bugeja
 

Ray Bugeja, li kien kandidat fl-elezzjoni għat-tmexxija tal-PN, qed jiġi konness ma' kont ta' €600 miljun li qed jiġi assoċjat ma' klijent li għandu rabta ma' Malta fil-fajls ta' Swissleaks.

Fil-ġurnal The Malta Independent, illum ġiet irrapurtata storja li isem Bugeja deher fil-fajls ta' Swissleaks b'konnessjoni ma' numru ta' hedge funds ibbażati fil-Baħamas u l-gżejjer Cayman. Intqal li Bugeja kien jamministra dawn il-hedge funds meta kien direttur u Chief Financial Officer tal-kumpanija ta' investiment Kairos.

Bugeja kien ko-fundatur ta' Kairos u kien id-direttur sa April tal-2010. Kien ukoll Chief Financial Officer u Chief Operating Officer f'Kairos Investment Management Limited u Chief Financial Officer f'kairos Partners Italia Srl.

L-eks kandidat Nazzjonalista ċaħad li kien hemm xi konnessjonijiet oħra minn mindu reġa' ġie lura Malta fl-2010 u qal li hu qatt ma kellu kont fl-Iżvizzera.

Il-kumpanija Kairos kienet imwaqqfa fl-1999 f'Milan fejn Bugeja ġab iċ-ċittadinanza Taljana.

Fil-gazzetta deher ukoll li l-flus imniżżla fil-fajls ta' Swiss Leaks ma kinux ġejjin minn kont privat. Bugeja qal ukoll li Kairos kienet regolata mill-FCA (Britisch Financial Conducat Authority).

"Ħafna kumpaniji tal-hedge funds fir-Renju Unit, li huma regolati mill-FCA għandhom flus fil-gżejjer Cayman, l-Italja, il-Lussemmburgu u f'Lugano. M'hemm xejn ħażin b'hekk. Hekk jaħdmu l-hedge funds," qal Bugeja.

Bugej temm jgħid, "M'għandi xejn x'naħbi."

More in Politika