L-eks ministru Nazzjonalista Michael Falzon, fi stqarrija talab apoloġija talli kellu xi kontijiet barra mill-pajjiż mhux iddikjarati fir-reġistru tal-assi għall-Membri Parlamentari bejn l-1987 u l-1996.
Falzon ammetta li kellu madwar €465,000 f'kont fl-Iżvizzera li kien fetaħ fl-1970 meta kien qed jagħmel xi xogħlijiet marbutin mal-arkitettura u l-inġinerija ċivili barra mill-pajjiż. Falzon iddeċieda li jżomm il-flus barra mill-pajjiż minħabba s-sitwazzjoni politika fil-pajjiż, f'dik il-ħabta.
"Konxju tal-fatt li għalkemm il-pożizzjoni fiskali tiegħi ilha regolarizzata għal ħafna, dan mhux biżżejjed għal persuna li hi attiva politikament," stqarr Falzon.
"Nifhem li kelli nġib lura l-fondi meta kelli ċ-ċans wara l-elezzjoni tal-1987 u kelli ninkludi l-istess fondi fid-dikjarazzjoni tal-assi meta kont Ministru. Minħabba f'hekk, inqast lill Prim Ministru, lill-kollegi Parlamentari tiegħi u lill-elettorat li were fiduċja fija meta vvutawli."
Falzon itemm jgħid, "Għaldaqstant, nagħmel apoloġija bla riżervi għan-nuqqasijiet tiegħi."