Dewmien fit-tlestija ta' Triq il-Kosta

Sejbiet arkeoloġiċi  fiż-żona se jwasslu għal tibdil fil-pjanijiet

Ritratt: TM
Ritratt: TM

Diversi oġġetti ta' valur arkeoloġiku instabu fiż-żona tas-Salini, preċiżament fejn hemm il-propja salini. Dan tħabbar minn Transport Malta li bħalissa tinsab għaddejja bil-proġett ta' twessiegħ ta' Triq il-Kosta. Il-proġett kien misteni jitlesta sas-sajf li ġej, iżda minħabba dawn is-sejbiet, ix-xogħol mistenni jieħu aktar fit-tul, sa aktar tard mis-sajf li ġej.

Transport Malta qed taħdem mal-kuntratturi u s-superviżuri sabiex il-programm ta' xogħlijiet jiġi analizzat bir-reqqa biex is-sejbiet arkeoloġiċi li gġandhom x'jaqsmu mal-proġett, jiġu inkorportati bl-inqas xkiel għall-proġett. 

More in Politika