L-akkwist ta' €4.2m ta' Cafè Premier

Il-ħlas ta' €210,000 lil M&A Investment  Ltd. kien pagament lil intermedjarju ta' 5%

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifiki (NAO), kellu r-riżervi tiegħu fl-akkwist ta' €4.2 miljun tal-kirja tal-Gvern lis-sidien ta' Cafè Premier fil-Belt, fil-mod ta' kif dan ġie akkwistat, minn investigazzjoni li saret mill-istess uffiċċju.

L-NAO wera r-iżervi tiegħu għall-€4,2m mħallsa mill-Gvern lil Cities Entertainment Ltd., għal Cafè Premier, minħabba n-nuqqas ta' dokumentazzjoni u kunsiderazzjoni.

Għalkemm intqal li l-prezz kien jirrifletti l-valur tas-suq, mhux neċessarjament ifisser li kien prezz li jilħaq il-valur għal dak li ġie mħallas.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li ħa nota tar-rapport tal-NAO u jilqa' diskussjoni ta' dan ir-rapport quddiem il-PAC parlamentari. Min-naħa tiegħu, l-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil qal li l-ministru li hu politikament responsabbli għall-'iskandlu' ta' Cafè Premier huwa l-Prim Ministru, li taħtu jaqa' s-segretarjat tal-artijiet. 

F'April tal-2013, direttur tas-Cities Entertainment kiteb lill-Prim Ministru u bdew in-negozjati bejn il-kumpanija u l-gvern u f'Settembru tal-istess sena, l-Kabinett, approva n-negozjati. Fid-29 ta' Jannar tal-2014, il-Gvern u City Entertainment iffirmaw qbil fejn il-Gvern xtara lura l-kirja għal €4,200,000. Minħabba f'hekk, kompa jgħid l-NAO, twaqqfu l-proċeduri legali kollha mingħajr ġustifiazzjoni jew dokumentazzjoni, li wassal għal nuqqas ta' trasparenza f'deċiżjoni bħal din.

Il-ġustifikazzjoni tal-Gvern biex jerġa jakkwista dan is-sit, idur ma' erba' punti prinċipali, li jitneħħu kull periklu, jekk hemm, għall-Biblijoteka Nazzjonali, tiżdied l-aċċessibbiltà, tiġi solvuta l-problema tal-arretrati li għandha l-kumpanija Cities Entertainment u li jiġi użat aħjar l-ispazju eżistenti.

L-NAO, innutat ukoll li l-ħlas ta' €210,000 lil M&A Investments, li hi sussidjarja ta' Cities Entertainment kien ħlas ta' 5% bħala senserija fuq l-akkwist ta' €4,2.

"Minkejja l-fatt li l-Gvern kien se jħallas xorta €4,200,000, kien x'kien il-qbil mal-kumpanija M&A Investments Ltd. dan l-uffiċju jemmen li l-ħlas ta' €210,000, ma kellux inkun inkluż f'dan il-qbil." "Ir-relazzjoni bejn iż-żewġ kumpaniji (CE u M&A) keinu kwistjoni privata, u li l-Gvern ma kellux x'jaqsam ma' dawn," żied jgħid l-NAO.

Minbarra l-ħlas ta' €210,000, ma kien hemm l-ebda evidenza li kien hemm xi kummissjonijiet oħra mħallsa minn fondi pubbliċi.

More in Politika