
Tal-pastizzi hawn qiegħed
Il-Poodle reġa' magħna u mhux se jħalliha lixxa lil Pierre Portelli, l-Indipendent u l-50 Shades ta' Stephen Calleja

Tal-pastizzi hawn qiegħed

Pierinu, iva dak tal-pastizzi. U iva dak tan-Nazzjonalisti li allaħares issemmilu lil Gonzi għax jibda joħroġ id-demm. Iva dak. Eh, iva dak li dawwar il-gazzetta Independent f’loudspeaker tal-Oppożizzjoni għandu għalfejn jinkwieta. Tafu għaliex hux, għax hu u Rachel s’issa ma biddlux is-sitwazzjoni finanzjarja mwerwra li hemm fil-gazzetta tas-Sur Joe Said, il-ħelu l-ieħor li hekk kif tela’ dan il-gvern neħħieh mill-kariga tiegħu li kellu Heritage Malta. Iva, miskin ieħor. U minn hawn lil Pierinu ngħidulu toqgħodx tinkwieta. Meta jiġu biex ikeċċu n-nies, karattri bħal Joe Said dejjem jaħsbu fil-proxxmu u mhux fil-but. Ole.
Il-purtelli

Għandkom tkunu tafu li dan Pierinu Purtelli, purtelli għax karattru qisu purtelli ta’ vera… għamel kruċjata kontra l-aħwa Farrugia, iżda dan Alla jbierek kellu l-isponsorship permezz ta’ karozzi minn John’s Garage għal programm Ċaqqufa. Programm li dalwaqt jidher Hollywood. Iva ħija, dan Pierinu ma jsibx problema jaċċetta l-benevolenza tal-aħwa Farrugia iżda mbagħad jeħdilhom karozzi għandi nifhem bi prezz tal-ħbieb jew sempliċiment biċċa riklam fuq il-PBS. Kunu afu li Pierinu magħruf bħala persuna li tista’ tafda. Persuna li jifhem li qabel il-verità, hemm il-partit u ovvjament il-flus mhux ta’ interess għalih.
L-intervista tas-seklu

Ifhmuni, Pierinu mhux għalxejn għandu mnieħru kbir u sorm xejn ċatt. Apparti li għandu ħafna x’jagħmel, importanti li niftakru li dalwaqt jiġi nnominat flimkien ma’ Rachel għall-premju għall-aħjar intervista tas-sena. Iva hijos, ma’ George Farrugia, il-verġni tal-Mosta. Dan għandkom tkunu tafu tramite l-verġni l-ieħor Siegfried Borg Cole, fi żmien Mintoff kien jiekol u jistgħana u għamel intervista. Intervista memorabbli. Tfakkarni f’intervista ta’ Oriana Fallaci, intervista mimlija għerf u ħsieb u riċerkata fil-fond. Ara vera ħadd ma jgħaddi l-Pierinu meta niġu għall-intelliġenza. Insomma kien qisu intervista ma’ Adolf Hitler, intervista fejn tistaqsih fuq il-Wurst u s-Sauerkraut u Ich Liebe Dich u mhux kemm qatel Lhud u omosesswali. Lil Pierinu ngħidulu Ole!
Fifty shades ta’ Stephen Calleja

Issa min jaf lil Stephen Calleja mhux biss jiftakar fil-Milan, imma kif ukoll jiftakar fil-borża li ssib wara s-seat ta’ ajruplan li tuża meta jkollok l-istonku ħażin waħda sew. Calleja huwa ġurnalista prim tal-Independent jew aħjar persuna li beda l-karriera jikteb fuq l-isports u mbagħad spiċċa jipprova jikteb fuq il-kronaka. Dan il-bravu ġurnalist għajjar lil PBS, l-istess bħal ma jħobb jagħmel Jason Micallef, l-għaref l-ieħor li skont xi bravu ieħor iħobb l-ammarettu. Insomma dan Stephen kiteb storja bit-titlu - Fifty Shades of PBS - u dan kollu għax l-Independent ma ħadux programm. Imsieken, hux, jaħasra x’diskriminazzjoni. Calleja missu kien aktar konsistenti u qal li meta Pierinu tal-Pastizzi kellu programm ġimgħa wara ġimgħa fuq TVAM u programm ta’ diskussjoni apparti ma nafx kemm il-programm ieħor missu kiteb ‘Fifty shades of Pierinu.’ Imma ħeqq dak kien taħt ix-xemx ta’ Gonzi, u tassew ngħidu taħt Gonzi ma ġara xejn ħażin (eżempju: Il-Libja). Ovvjament kieku sar film Fifty Shades of Grey ma’ Pierinu ma kienx ikun hemm sess fih, għax kif tara l-Pierinu għarwien b’dak is-sorm sewdieni u kbir ikollok tiġri ġirja għal dik il-borża ta’ wara s-seat biex tiżvojta x’ikollok fl-istonku.
Ir-radar għat-terroristi

Ħa ngħidilkom, tal-Independent, jiġifieri ta’ Pierinu l-impjegat u l-brava Rachel partner tal-ħabib tagħna Lou Bondi għandhom Alla għalihom. Mela tafu li meta rreferu għal C company kitbuha SEA minflok C. Ħo, ħo, ħa, ħa, tajba hux?! Ma tistax twaħħal fil-ġurnalisti tafux. Il-ħuta minn rasha tinten… ftakru li r-ras hi ta’ Pierinu u Rachel. U biex nikkonkludi, skont l-istess gazzetta ma nistgħux inwaqqfu t-terroristi għax Malta m’għandhiex radar għal kontra t-terroristi. Iva, smajtu sew, ‘radar.’ Ħo, ħo, ħa, ħa, ħo, ħo. Ara vera saru gazzetta tal-Pierinu tal-Pastizzi! Ħo, ħo, ħa, ħa, Ole!