Investigata ittra ta’ Busuttil lill-impjegati tal-Enemalta

Simon Busuttil bagħat ittra miżgħuda b’materjal politiku

L-ILLUM hi nfurmata li grupp ta’ impjegati tal-Enemalta ressqu lment lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data u talbu biex issir investigazzjoni u la darba jiġu identifikati l-ksur tar-regoli, jittieħdu azzjonijiet skont dak li tgħid il-liġi. 

Artiklu 9(a) tal-Att għall-Protezzjoni tad-Data (Kapitlu 440) jgħid li data personali tista’ tkun proċessata biss jekk is-suġġett tad-data jkun ta l-informazzjoni bil-qbil tiegħu stess. L-impjegati tal-Enemalta qed jikkwotaw Artiklu 40 tal-istess att li jistipula li l-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data hu responsabbli biex isegwi l-kontroll u jivverifika jekk l-ipproċessar iseħħx bil-proviżjonijiet tal-Att.

Impjegati qalu lill-ILLUM li l-ittra ta’ Simon Busuttil li ntbagħtet fid-djar residenzjali tagħhom hija parti minn kampanja li qed timmira fuq l-Enemalta li tħalliet b’dejn ta’ 840 miljun mill-amministrazzjoni ta’ qabel b’riskju kbir fuq ix-xogħlijiet.

L-Enemalta issa attirat strateġija ta’ 320 miljun mal-kumpanija Ċiniża, ix-Shangai Electric Power li kienet meqjusa bħala l-akbar investiment dirett barrani li qatt attira Malta, bil-maġġoranza tal-ishma jibqgħu fil-kontroll tal-Gvern.

Artiklu sħiħ fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Politika