SHout tħeġġeġ il-poplu jqum fuq saqajh u jiġġieled għad-drittijiet tiegħu

Dalgħodu iktar ambaxxaturi ta' SHout tkellmu dwar l-isfreġju li l-kaċċaturi qed jikkawżaw fuq il-kampanja Maltija

"Mhux ġust li 10,000 kaċċatur jitħallew jikkaċċjaw fuq 'l fuq minn 80% tal-kampanja Maltija fir-rebbiegħa." Dan intqal mill-preżentatur ta' ONE Tv Kevin Mercieca, li hu wieħed mill-Ambaxxaturi ta' SHout, Spring Hunting Out. Matul l-ewwel esperjenza tiegħu fix-SHout Mercieca tkellem dwar għadd ta' persuni li jiġu intimidati minn kaċċaturi u l-ammont ta' sinjali illegali biex ma jħallux lill-poplu jgħaddi minn żoni li huma kkapparrati għall-kaċċaturi.

SHout qed tissejjaħ il-poplu Malti biex jaqbżu għad-drittijiet tagħhom u jiġġieldu għall-aċċess fuq art pubblika.

L-Ambaxxaturi tax-SHout jinkludu ġurnalisti Alison Bezzina u Jo Caruana. Ingħaqdu flimkien mal-preżentatriċi Moira Delia, Iggy Fenech li jaħdem ma' WriteMeAnything u kelliem tal-kampanja SHout Mark Sultana biex iniedu rapport fuq l-impatt tal-kaċċa fir-rebbiegħa.

Statistika żvelata mill-FKNK turi li 77% tal-kampanja hi okkupata mill-kaċċaturi u tipperikola d-dritt ta' persuna li tgawdi l-kampanja fir-rebbiegħa.

More in Politika