Malta mhux interessata tgħin il-fornitura tal-armi fil-Libja

Muscat jgħid li Bernardino Leon għandu jingħata iktar żmien biex jidjaloga mal-fazzjonijiet Libjani
 

Il-Gvern Malti mhux interessat fi provvista unilaterali ta' armi fil-Libja, qal il-Prim Ministru Joseph Muscat.

"Nippreferi kieku nara intervent li hu mmexxi mill-Ġnus Magħquda, imma l-ewwel għandna nħallu lil Bernardino Leon u nagħtuh iktar ħin għal diskussjonijiet paċifiċi u nġibu l-fazzjonijiet Libjani iktar viċin," qal Muscat lill-ġurnalisti preżenti iktar kmieni dalgħodu.

Matul laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, il-Libja u l-Eġittu staqsew biex ineħħu embargo fuq il-Libja, u jimponu lqugħ navali f'żoni mhux taħt il-kontroll tal-gvern u jgħinu jibnu l-armata tal-pajjiż biex jattakkaw l-Istat Iżlamiku u militanti oħra.

More in Politika