Il-maġġoranza tal-persuni li applikaw għall-programm taċ-ċittadinanza b'investiment magħruf bħala l-IIP ġejjin minn pajjiżi eks sovjetiċi.
Dan jidher f'rapport annwali miġbur mir-regulatur tal-IIP Godwin Grima u juri l-173 applikant li applikaw minn Ġunju tal-2014 'l hawn.
Skont l-analiżi 59% tal-applikanti tal-IIP ġejjin minn pajjiżi sovjetiċi; 30% mill-kontinent tal-Asja u 3.5% mill-Afrika. 18% ġejjin minn pajjiżi tal-Lvant Nofsani u 9.8% ġejjin mill-Gulf.
Applikanti mill-pajjiżi BRICS - jiġifieri l-Brażil, ir-Russja, l-Indja, ċ-Ċina u l-Afrika t'Isfel jammontaw għal 61.3% tal-applikanti kollha.
Grima nnota li 54.3% tal-applikanti ġejjin mir-Russja, "Waqt li r-Russja tista' tkun meqjusa bħala pajjiż Ewropew, tagħmel parti mill-pajjiżi BRICS li huma grupp ta' pajjiżi li qed jiżvilluppaw u fejn hemm potenzjal kbir tat-tkabbir u b'hekk jaf ikollha impatti tajba fuq pajjiżna.
Applikazzjoni rċevuti minn Ġunju 2014
Ewropa 104
FSR 102
Asja 52
Gulf 17
Lvant Nofsani 31
Afrika 6
L-Amerka ta' Fuq 10
L-Amerka t'Isfel 1