Jinħatfu aktar Eġizzjani fil-Libja

Il-midja Libjana tgħid li ġew maħtufa aktar Eġizzjani fil-Libja

21 Kristjan Koptiku nqatlu fuq bajja fil-Libja
21 Kristjan Koptiku nqatlu fuq bajja fil-Libja

Minn tal-inqas 35 Eġizzjan ġew maħtufa minn Libjani armati, f'attakk fil-Libja bħala tpattija għall-attakki militari tal-Eġittu f'Derna fil-Libja biex jattakkaw lill-Istat Iżlamiku.

Il-Libya Herald qed tgħid li minn dalgħodu, kawża tal-attakk mill-Eġittu fuq Derna, xi Eġizzjani, li ħafna minnhom huma bdiewa ġew maħtufa min-nies armati. Għall-bidu kien qed jingħad li inħatfu 7 persuni iżda sa wara nofsinhar, in-numru tela' għal 35 persuna li ġew irrappurtati nieqsa.

L-attakk mill-Eġittu wasal wara li l-miltanti tal-Istat Iżlamiku xandru filmat li juri l-qtugħ ta' ras ta' 21 Eġizzjan Koptiku fil-Libja.


 

More in Politika