Waqt il-konferenza għall-istrateġija tal-iżvilupp sostenibbli fil-Mediterran, il-Ministru għall-Ambjent, Leo Brincat qal li huwa importanti li l-pjan ta' azzjoni tal-iżvilupp sostenibbli fil-Mediterran jidħol fis-seħħ. Dan minħabba li t-tliet miri tal-iżvilupp sostenibbli se jieħdu prijorità fuq l-aġenda globali għal din is-sena. Dan
Brincat tkellem ukoll dwar l-importanza ta' strateġija li tkun tista' tidderieġi dak li jkun qed isir fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli speċjalment fir-reġjun tal-Mediterran.
Il-Ministru Brincat sostna kif din il-konferenza għandha tkun il-bidu ta' bidla fid-direzzjoni f'dan il-qasam.
Waqt din il-konferenza, il-Ministru Brincat ħabbar li l-kantanta Ira Losco se tkun l-ambaxxatriċi għall-iżvilupp sostenibbli għall-2015 u dan sabiex tinħoloq aktar kuxjenza dwar l-importanza tal-iżvilupp sostenibbli.
F'kummenti wara l-għoti ta' dan it-titlu, Ira Losco qalet, "Ninsab onorata b'dan it-titlu u naf ir-responsabbiltà li dan iġib miegħu. Se nagħmel l-almu tiegħi u nuża l-pożizzjoni tiegħi sabiex nippromwovi l-iżvilupp sostenibbli fil-ħajja ta' kuljum. Dan waqt li nressqu dan il-kunċett eqreb ta' nies li ma jafux li huma stess kapaċi jkunu parti mill-bidla."