Siemens tħabbar il-bini tal-impjant tal-gass għal €175m

Il-kumpanija Siemens se tkun qed tieħu ħsieb il-bini tal-impjant

Illum, il-kumpanija Siemens ħabbret uffiċjalment li ngħatat l-ordni minn Electrogas Malta għall-bini tal-impjant tal-gass, combined cycle power plant (CCPP) ta’ 200 megawatt.

Din is-CCPP tagħmel parti mill-pjan tal-Gvern biex jiġi eliminat l-użu tal-heavy fuel oil u jibda jintuża il-gass. Minbarra l-impjant, Electrogas Malta se tkun qed tieħu ħsieb il-bini tal-floating storage unit għall-LNG u impjant ieħor ta’ rigassifikazzjoni sabiex ikun provdut il-gass kemm għas-CCPP il-ġdida, kif ukoll għall-impjant eżistenti li se jiġi kkonvertit f’impjant tal-gass.

Dan l-impjant il-ġdid se jkun qed jinbena fejn preżentement tinsab il-power station ta’ Delimara u se tkun qed tipproduċi biżżejjed dawl biex tlaħħaq il-50% tad-domanda ta’ elettriku f’Malta. Se tkun qed topera wkoll b’effiċjenza għolja u emmissjonijiet baxxi. Meta jibda jaħdem dan l-impjant, il-livell ta’ tniġġis fl-arja għandu jonqos kif ukoll jonqos l-ammont ta’ konsum ta’ fuel.

More in Politika