Farrugia interrogat malli wasal Malta

George Farrugia wasal Malta llum u kien arrestat għall-interrogazzjoni

George Farrugia kien arrestat illum wara li wasal Malta minn titjira li kienet ġejja minn Ruma.

Hu kien akkumpanjat mill-Avukat Siegfried Borg Cole, li miegħu telaq minn Malta nhar it-Tnejn li għadda wara li l-MaltaToday ippubblikat emails li juru li Farrugia kien għamel xi akkwisti għal uffiċjal għoli fil-Malta Resources Authority, via Trafigura.

Farrugia ngħata maħfra presidenzjali fi Frar 2013 mill-amministrazzjoni ta' Gonzi wara li ħareġ li hu kien qed iħallas lill-uffiċjali għall-provista taż-żejt minn Trafigura u Totsa għall-Enemalta.

Emails li ġew ippubblikati minn MaltaToday mill-2008 juru kif Farrugia, kien qed jingħoġob ma' uffiċjali pubbliċi, sabiex ikun jista' joħloq relazzjoni kunfidenzjali mal-Enemalta.

Dawn ir-revelazzjonijiet iqajmu mistoqsijiet ġodda jekk il-maħfra presidenzjali kellhiex tingħata lil Farrugia fi Frar 2013.

More in Politika