Emails ġodda juru lil Farrugia jingħoġob ma' iktar uffiċjali pubbliċi

Iktar emails juru relazzjoni kunfidenzjali bejn Farrugia u uffiċjali mlaħħqa

George Farrugia telaq minn Malta nhar il-Ħadd u mistenni jiġi lura minn Ruma llum
George Farrugia telaq minn Malta nhar il-Ħadd u mistenni jiġi lura minn Ruma llum

Iktar emails qed jixhdu kif George Farrugia kien qed jingħoġob ma' uffiċjali pubbliċi mlaħħqa.

L-iktar emails riċenti li ħarġu fil-pubbliku, li ntbagħtu fl-2008, juru r-relazzjoni konvenjenti ma' uffiċjal għoli fl-Enemalta.

Dawn l-emails se jkunu qed jitfgħu pressjoni fuq jekk il-maħfra presidenzjali għandhiex tiġi rtirata jew le.

L-aħħar emails juru lil Farrugia jirċievi informazzjoni importanti u sensittivi dwar stokk minn Maniġer Għoli fl-Enemalta.

Emmanuel Mizzi, Prinċipal fix-Shipping Unit tal-Petroleum Division tal-Enemalta kien jibgħat emails lil Farrugia bid-dettalji tal-istokk, dak magħruf bħala 'White oils.'

B'dan il-mod Farrugia seta' jkun jaf bl-istokk tal-Enemalta u kif il-kompetituri involuti fl-innegozjar taż-żejt, u l-kompetituri ta' kumpaniji taż-żejt Trafigura u Totsa, it-tnejn irrappreżentati minn Farrugia kienu qed jaġixxu.

Farrugia bagħat l-emails li kien qed jirċievi fuq il-kont tal-Yahoo ta' martu, Cathy.

F'emails oħra l-familjarità ta' Mizzi ma' Farrugia kienet tidher ċertament bi kliem kunfidenzjali.

"Hi George, Għalik King - Fuel oil posted. Cheerio."

Biex tkompli tgħaqqad l-istorja, hemm sensiela ta' emails li jgħidu: "I wish to share the pleasure for the achievement of my MBA and extend my deepest gratitude to your support."

Farrugia jwieġeb - "Prosit man. It was my pleasure," jimplika li Farrugia sponsorja, jew kellu xi sehem fl-isponsoring ta' MBA, ta' Mizzi.

Mizzi jikteb lura, "Surely from a sincere friend."

More in Politika