Is-sitwazzjoni fl-isptar t'Għawdex tkompli tiggrava - MUMN

L-MUMN qed tgħid li s-sitwazzjoni sejra mill-ħażin għall-agħar

Fi stqarrija li bagħtet lill-istampa l-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) qalet li s-sitwazzjoni fl-isptar t'Għawdex qed tmur mill-ħażin għall-agħar. L-istqarrija qed tgħid li m'hemmx sodod fejn isiru l-kirurġiji kemm fuq l-irġiel u anke fuq in-nisa.

Ix-xahar li għadda l-MUMN ħarġet appell lid-Diviżjoni tas-Saħħa biex tindirizza s-sitwazzjoni prekarja fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, minħabba li ħafna sodod qed jittieħdu minn pazjenti anzjani u dawk soċjali, u b'hekk mhux qed iħallu spazju għal pazjenti li jkunu ma jifilħux u dawk li jidħlu għal kirurġija.

Is-sitwazzjoni mill-aħħar stqarrija marret għall-agħar, l-erbgħa pazjenti nisa li tpoġġew fis-sala tal-irġiel issa żdiedu għal tmienja. Dan qed iwassal biex diversi operazzjonijiet qed jiġu kkanċellati minħabba li m'hemmx biżżejjed sodod.

L-istqarrija tgħid li l-Isptar Ġenerali t'Għawdex daqt ma jkunx jista' jdaħħal persuni b'infezzjonijiet respiratorji, li huma komuni ħafna fix-xitwa.

More in Politika