Għadha kif ġiet imħabbra d-data tar-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa, din se tkun fil-11 t'April, fl-istess ġurnata tal-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.
Is-sena l-oħral -istaġun għall-kaċċa fir-rebbiegħa fetaħ fit-12 t'April, jidher b'hekk li din is-sena x-xenarju jaf ikun differenti.
Iktar kmieni llum, il-Koalizzjoni Kontra l-Kaċċa fir-Rebbiegħa nnotat li r-referendum jista' jkun bejn id-9 t'April u d-9 ta' Lulju.
Il-Prim Ministru qal li hu mhux se joqgħod gallarija f'dan ir-referendum, u se jkun qiegħed jiddefendi d-deroga tal-kaċċa fir-rebbiegħa.
Muscat qal li għażel l-istess ġurnata għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali minħabba l-għejja elettorali li tinħass fil-poplu Malti.
Muscat saħaq li tliet xhur huma biżżejjed biex ikun hemm dibattitu u diskussjoni dwar dan. Qal li jekk ir-referendum jgħaddi, l-istaġun ma jiftaħx, imma jekk ma jgħaddix, l-istaġun tal-kaċċa jiftaħ bħas-snin l-imgħoddija.