[AĠĠORNAT 3] Carmelo Abela maħtur ministru flok Mallia

Carmelo Abela hu l-Ministru l-ġdid tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali

Ritratti - DOI
Ritratti - DOI
Ritratti - DOI
Ritratti - DOI
Ritratti - DOI
Ritratti - DOI

Carmelo Abela, għadu kif ħa l-ġurament tal-ħatra bħala l-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Preżenti għal ġurament kien hemm il-President ta' Malta u anke l-Prim Ministru. Il-familja ta' Abela, b'martu Melanie u ż-żewġt itfal kienu preżenti wkoll.

Il-Ministeru li kien ta' Mallia kien jinkludi s-sigurtà nazzjonali, ċ-ċittadinanza, l-artijiet u x-xandir pubbliku. Dan issa hu mistenni li jinqasam fuq tliet ministeri. Owen Bonnici, tal-Ġustizzja, se jkun responsabbli mix-xandir pubbliku u Edward Zammit Lewis, tat-turiżmu se jkollu l-film. 

Iktar kmieni...

Minn informazzjoni li għadha kemm ħarġet jidher li l-Prim Ministru Joseph Muscat għadu kemm keċċa lill-Ministru Mallia hekk kif dan baqa' ma rreżenjax. Din saret billi l-Prim Ministru ffirma d-dokument uffiċjali sabiex Mallia jitneħħa mill-kariga tiegħu.

Jidher issa li Carmelo Abela se jinħatar bħala l-Ministru l-ġdid tal-Intern minfloku.

Jidher li s'issa l-Ministru Manwel Mallia għadu ma rriżenjax minkejja li iktar minn 12-il siegħa ilu, il-Prim Ministru Joseph Muscat talab ir-riżenja tiegħu.

Intant il-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid huwa Michael Cassar.

Carmelo Abela ilu fil-Parlament mill-1996. Fl-1996 Carmelo ġie elett fl-ewwel elezzjoni ġenerali li kkontesta. Ġie appuntat Assistant Whip u Kaxxier tal-Grupp Parlamentari Laburista. Abela hu miż-Żejtun, u għandu 42 sena. Miżżewweġ u għandu żewġt itfal.

Intant, b'reazzjoni għal dan kollu Simon Busuttil bagħat tweet li tgħid li Muscat huwa dgħajjef għax ħa deċiżjoni wara tliet ġimgħat.

It-tweet ta' Simon Busuttil
It-tweet ta' Simon Busuttil

 

Id-diskussjoni fuq Twitter tkompli mill-politiċi nfushom.

It-tweet ta' Leo Brincat f'risposta lil Simon Busuttil
It-tweet ta' Leo Brincat f'risposta lil Simon Busuttil
Owen Bonnici, il-Ministru tal-Ġustizzja f'kumment ta' ringrazzjament lill-Prim Ministru
Owen Bonnici, il-Ministru tal-Ġustizzja f'kumment ta' ringrazzjament lill-Prim Ministru
L-MEP David Casa jingħaqad mad-diskussjoni
L-MEP David Casa jingħaqad mad-diskussjoni

More in Politika