Se jinħatar ministru ġdid flok Mallia

Kmieni waranofsinhar se jinħatar ministru ġdid

Ministru ġdid se jieħu l-ġurament tal-ħatra llum waranofsinhar, qalu sorsi mill-Gvern.

Dan se jkun qed jieħu post il-Ministru tal-Intern Manuel Mallia wara li l-lejl li għadda ġie mistoqsi mill-Prim Ministru Joseph Muscat biex jirreżenja wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-inkjesta tal-inċident tal-isparatura fejn kien involut ix-xufier ta' Mallia.

Bħalissa l-Kabinett qed jiltaqa' kif jagħmel nhar ta' Tlieta filgħodu. Minn sorsi jidher li l-Ministru l-ġdid preżentament mhux parti mill-Kabinett.

Għadu mhux ċar jekk Mallia rriżenjax minn jeddu jew le. 

More in Politika