saimizzi.com

Dan is-sit jista' jaħdimlek is-somom ta' kemm Sai Mizzi taqla' iktar minnek

Trid tkun taf kemm taqla' Sai Mizzi? Jew aħjar trid tkun taf kemm taqla' iktar minnek Sai?

Ftit tas-sigħat ilu għadha kif ġiet imnedija sit li taħdimlek is-somom u ċċappaslek ma' wiċċek iċ-ċifri li int ma tistax tilħaq. Dan is-sit li sar iktar b'għan li jniggeż u jiżżuffjetta hu disponibbli għal kulħadd fuq www.saimizzi.com

Sai Mizzi Liang, li hi ta' nazzjonalità Ċiniża, hija l-mara tal-Ministru Konrad Mizzi, il-Ministru tal-Enerġija u s-Saħħa f'Malta.

Is-saga ta' Sai ilha għaddejja minn Settembru tal-2013 fejn Simon Busuttul kien ħareġ b'saħħa jħabbar l-impjieg ta' Sai li kien baqa' moħbi ma' Malta Enterprise fl-Azja. Hi kellha tkun ibbażata f'uffiċċju f'Shangai.

Busuttil sejjaħ lill-Gvern biex iressaq fuq il-mejda l-kuntratt tal-impjieg ta' Mizzi Liang fejn kien qal li din kienet qed taqla' €2,000 fil-ġimgħa.

More in Politika